Anke Peter Rabbit f’kontroversja dwar insensittività – One News

Notifiki

Anke Peter Rabbit f’kontroversja dwar insensittività

Il-kontroversji dwar kummenti jew xeni insensittivi mhumhiex limitati għal vann fil-karnival fin-Nadur.

Sony Pictures, il-kumpanija ta’ fama mondjali, qalgħet kritika ħarxa dwar xena partikolari fil-film ġdid tagħha – Peter Rabbit – li ħareġ nhar il-Ġimgħa.

Siti internazzjonali jirrapurtaw kif f’xena minnhom fil-film, Peter Rabbit u sħabu jissuttaw lil karattru ieħor, Mr McGregor, bit-tut.

Dan, minn naħa tiegħu, peress li hu allerġiku għat-tut, ikollu r-reazzjoni allerġika, ikun se jibda jifga, u jispiċċa saħansitra jagħmel użu mill-injezzjoni ta’ epinephrine.

Bosta, inkluż ħafna ġenituri bi tfal b’allerġiji li huma ta’ theddida għal uliedhom, ikkritikaw dan il-film għax-xena meqjusa “irresponsabbli u perikoluża”, partikolarment f’film li jappella propju għat-tfal.

Saħansitra tqanqal appell biex il-film ikun ibbojkottjat, għaliex jiddieħak b’sitwazzjonijiet li kemm-il darba jġibu tensjonijiet familjari, tesnjonijiet, u mwiet ta’ tfal.

Minn naħa tagħhom, Sony Pictures ħarġu stqarrija li fiha skużaw ruħhom. Saħqu li allerġiji alimentari huma kwistjoni serja ħafna u l-film tagħhom ma messu qatt iddieħak b’din is-sitwazzjoni, minkejja l-mod leġġer użat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend