IL-Crane u de La Rue joħolqu problema tajba – One News

Notifiki

IL-Crane u de La Rue joħolqu problema tajba

Il-miġja ta’ Crane Currency u t-tisħiħ ta’ De La Rue f’pajjiżna ħolqu biċċa uġigħ ta’ ras fl-industrija tal-istampar. Fil-gazzetta KullĦadd, nies minn din l-industrija tkellmu-dwar kif kien hemm għexieren ta’ persuni li daru fuq dawn iż-żewġ kumpaniji li jispeċjalizzaw fl-istampar tal-flus. Dan għax joffru kundizzjonijiet mill-aqwa li għas-settur tal-manifattura huma wkoll fost l-iktar b’saħħithom. Fil-fatt jirriżulta li għexieren ta’ nies li kienu jaħdmu fi stamperiji daħlu ma’ dawn il-kumpaniji bl-istamperiji li jipprintjaw kotba u materjal ieħor spiċċaw jitkellmu bejniethom biex ilaħħqu max-xogħol li kellhom ibbukkjat.

Fl-istess ħin daħlu fis-suq ifittxu impjegati oħra filwaqt li min seta’ żied il-kundizzjonijiet ta’ ħaddiema minn tiegħu bil-għan li dawn ma jiċċaqalqux għal mal-kumpaniji l-oħra. Naturalment, dan fisser ukoll li kellhom ifittxu impjegati ġodda fejn jirriżulta li kien ta’ għajnuna wkoll il-kors li sar fl-MCAST wara li kien tħabbar l-investiment ta’ Crane Currency ftit iktar minn sena u nofs ilu. Gradwati tal-MCAST jew daħlu jaħdmu ma’ Crane u De La Rue jew inkella marru minflok dawk il-ħaddiema ta’ esperjenza li ċċaqalqu minn fejn kienu. Ħaddiema ta’ Crane Currency li dehru wkoll f’ritratti mal-Prim Ministru f’inawgurazzjoni li seħħet nhar l-Erbgħa li għadda fejn il-Prim Ministru ffirma l-ewwel kaxxa flus stampati minn din il-kumpanija.

Fil-każ ta’ De La Rue din kienet kumpanija li kien hemm mumenti fejn kienet qed titkellem kif setgħet tnaqqas il-ħaddiema. Iżda eventwalment żiedet l-investiment bil-miljuni u ddaħlu jaħdmu ħaddiema ġodda.

Min-naħa ta’ Crane Currency kien hemm investiment ta’ €100 miljun u ħolqien ta’ 300 post tax-xogħol ġdid.

Meta awgurah, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan l-investiment hu xhieda tar-relazzjonijiet tajbin bejn Malta u l-Istati Uniti. Elenka li dan seħħ wara biss ftit aktar minn sena minn meta kien imħabbar dan l-investiment ta’ Crane Currency biex tistampa l-flus f’pajjiżna, fosthom id-dollari għall-Gvern Amerikan.

Joseph Muscat fakkar li fil-ġurisdizzjoni kompetittiva li għandna, wasal biex kumpanija oħra fis-settur tal-istampar tas-sigurtà topera minn Malta għal aktar minn 40 sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend