Ara: IL-Bdiewa b’xaqq ta’ tama wara xhur ta’ nixfa – One News

Notifiki

Ara: IL-Bdiewa b’xaqq ta’ tama wara xhur ta’ nixfa

Fl-isfond tal-ilma nieżel f’Wied il-Qlejja u tax-xemx tixref qalb is-sħab, il-Ħadd filgħodu l-bdiewa irħewlha lejn ir-rabà tagħhom li wara xhur ta’ qtiegħ il-qalb minħabba n-nixfa li esperjenza pajjiżna sabu l-ħamrija imlaħalħa.

Bix-xita li għamlet fl-aħħar jiem kienet essenzjali ħafna għal bdiewa biex ikabbru l-ħxejjex tagħhom.

Fl-isfond tal-ħdura u f’arja pura , ltqajna mal-bidwi u agronomista Charles Zahra lill-Ħadd kmieni filgħodu bakkarlu sabiex jindokra x-xitel tal-frawli li huwa għandu fil-Landrijiet fir-Rabat, filwaqt li jħejii għal-biegħa tat-Tnejn filgħodu.

Iżda x-xita, ma ħadux gost biha biss ix-xitel u l-ħxejjex, iżda anke n-naħal kif jispjega Joseph Farrugia li hu ntiż fit-trobbija tan-naħal.

Temperaturi baxxi huma mportanti ħafna fil-biedja dan għaliex ibiegħdu l-insetti li wħud minnhom ikunu l-kawża ta’ diversi mard fost ix-xtieli u s-siġar. Tant li huma mportanti daqs ix-xita li għamlet  – lill-bdiewa ddeskrivew bħala barka minn alla.

Din ix-xita ġiet eżattament fiż-żmien lill-bdiewa jkunu laħqu żergħu l-patata tas-sajf bejn San Pawlijiet jiġifieri bejn il-ħamsa u għoxrin ta’ Jannar u l-għaxra ta’ Frar.

U għalhekk din ix-xita kienet ferm iżjed prestiġjuża għal dawn il-bdiewa.

Iżda mhux biss – dan huwa ukoll iż-żmien li fih il-bdiewa jaqtgħu l-frawli u jibdew iħejju għat-tieni parti tal-istaġun agrarju li jieħu sas-sajf.

Ix-xita li għamlet f’ Malta fl-aħħar sigħat li laħqet il-mija u sittax il-millimetru punt tnejn; li poġġiet lil Malta fl-ewwel post għall-aktar pajjiż Ewropew li fih niżlet xita fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa. B’din ma kinitx biss ferħa għall-bdiewa iżda anke għal dawk li l-Ħadd rħewlha lejn Chadwick Lakes li tpaxxew bil-ġmiel ta’ dan il-wied li ilu xhur niexef qoxqox.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend