Xjentisti f’Bolivia jinsabu f’tiġrija kontra l-ħin hekk kif qed ifittxu maħbuba għaż-żrinġ Romeo, hekk kif x’aktarx hu huwa l-aħħar żrinġ tal-ispeċi tiegħu.
Romeo li għandu għaxar snin u huwa żrinġ tal-ilma li jissejjaħ Sehuencas, ilu jgħajjat għal maħbuba għal dawn l-aħħar disa’ snin. Sit onlajn li nħoloq apposta għal dan iż-żrinġ, jgħid li Romeo qed ifittex Julietta.
Bosta xjentisti issa għaddejjin bi tfittxija fi xmajjar u għadajjar għal żrinġ tas-sess feminili sabiex forsi jinbeda proġramm ta’ tgħammir.
Iżda din qed tissejjaħ bħala tiġrija kontra l-ħin hekk kif din l-ispeċi ta’ żrinġijiet normalment ma tgħix aktar minn 15-il sena.