Wara s-suċċess ta’ l- EP ġdida tagħha, Lyndsay reċentement nediet il-vidjo mużikali uffiċjali (produzzjoni u direzzjoni ta’ Jasmar Cassar) tal-aħħar kanzunetta tagħha fuq stil pop/rock bl-isem ta’ Butterfly (produzzjoni u lirika ta’ Kenny D’Ugo, Boris Cezek u Dean Muscat) f’kollaborazzjoni ma’ Beehive Productions.
Il-vidjo muzikali issa huwa disponibbli għal online streaming fuq YouTube propju wara r-rilaxx tad-debut.
Fost numru ta’ proġetti mużikali, Lyndsay qed tiffoka biex taħdem fuq kanzunetti ġodda għall-futur u qiegħda wkoll taħdem bhala għalliema tal-kant fil-preżent fejn tgħin lill-istudenti biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom u jkollom diversi opportunitajiet.
L-akbar ambizzjoni ta’ Lyndsay hija dik li tkompli tevolvi bħala artista u tistabbilixxi ruħha fuq livell internazzjonali fil-karriera mużikali tagħha. Ara: www.lyndsaypace.com