Nirien ħakmu diversi ħwienet f’Ko Phi-Phi fil-provinċja ta’ Krabri fit-Tajlandja għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħaxija.
Dan il-post huwa wieħed turistiku u magħruf sew anke mal-Maltin tant li bdiet operazzjoni ta’ evekwazzjoni sabiex ir-residenti u t-turisti jittieħdu f’ żoni aktar siguri.
In-nirien bdew minn lukanda żgħira f’ Soi Slinku u dan malajr infiere madwar għoxrin dar u stabiliment skond xhieda fuq il-post. In-nirien intfew mill-Awtoritajiet ftit tal-ħin wara għal ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija.
Tlett persuni tnejn tajlandiza u turist sofrew ġrieħi ħfief l-aktar għax belaw id-duħann.
Ħamsa u għoxrin restaurant, għadd ta’ lukandi inqerdu jew sofrew ħsarat kbar.
Hu mifhum li n-nirien inbdw minn tank tal-gas.