Il-Gvern Konservattiv Ġermaniż ta’ Angela Merkel laħaq ftehim mal-Partit Soċjalista Ġermaniz għal-Gvern ta’ Koalizzjoni.
Dan hekk kif huwa mifhum li kienu t-tqassim tad-dekasteri kien l-akbar problema għal dan il-ftehim u wasal erba xhur wara li Merkel reġgħet ħadet it-tmun tal-Ġermanja f’ ideja wara l-elezzjonijiet f’ Settembru li għadda. Id-diskussjonijiet sabiex intleħħaq dan il-ftehim ilhom għaddejjin mil bieraħ filgħodu.
Din il-koalizzjoni se tkun iffurmata bejn il-Partit Soċjalista il-Partit Konservattiv ta’ Mekel c-CDU u l-Partit Konservattiv l-ieħor tal-Bavarja CSU.
Iżda madankollu huma l-membri tal-Partit Soċjalista li issa jridu jivvuttaw sabiex jaraw jekk jixtiequx din il-koalizzjoni, b’ dawk li huma eleġibbli jivvutaw huma erba mija u sittin elf persuna.