It-theżżiż ta’ wara t-terremot qawwi li seħħ fit-Tajwan għadhom qed jinħassu fil-pajjiż dan wara li nqatlu erba’ persuni u ndarbu 200 persuna oħra.
It-terremot kien ta’ qawwa 6.4 fuq l-Iskala Richter u seħħ fil-23:50 ta’ filgħaxija, ħin lokali. Kienu bosta binjiet li nqerdu kawża tat-theżżiż, fejn saħansitra kien hemm binjiet li ċedew fuq naħa waħda fejn fortunatament kawża ta’ hekk persuni li kienu maqbudin fuq ġewwa kellhom iċ-ċans li jaħarbu qabel jikkrolla kollox.
Huma bosta familji fil-belt ta’ Hualien li spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom. Huma bista oħra li qed jirrisjedu f’xelters sabiex ikunu aktar siguri.