Waqqfet il-kors minħabba abbuż fiżiku – One News

Notifiki

Waqqfet il-kors minħabba abbuż fiżiku

Ġuvni ta’ għoxrin sena tressaq il-qorti wara li għamel abbuż fiżiku fuq tfajla. Konsegwenza ta’ dan il-tfajla kellha twaqqaf l-istudji tagħha.

Fil-qorti ntqal kif it-tfajla ta’ dsatax-il sena sfat vittma ta’ abbuż mill-stess sieħeb tal-klassi.

It-tfajla u l-ġuvni kienu qiegħdin f’lukanda f’Ċipru fuq work placement tal-ITS meta seħħ l-abbuż.

Filfatt it-tfajla xehdet kif il-ġuvni ġieli sawwatha, gidimha u waddabha t-taraġ. It-tfajla kienet mhedda fuq bażi regolari biex ma titkellimx.

Fil-qorti t-tfajla qalet li kellha twaqqaf il-kors ħesrem għax beżgħet taħdem u tistudja fl-stess post tax-xogħol miegħu.

It-tfajla qalet li soffriet minn diversi spejjeż fosthom tilfet ħafna pagi.

Il-ġuvni ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.

Il-qorti ordnat lill-akkużat iħallas madwar €250 lit-tfajla.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend