Ritratt li juri s-sbuħija tan-natura b’wirt storiku fl-isfond. Dan il-wirt storiku hu wieħed minn sensiela ta’ 13-il torri ta’ De Redin li kien bena fuq il-gżira ta’ Malta bejn l-1658 u l-1659.
It-torrijiet jidhru minn xulxin, u kienu jipprovdu ħolqa ta’ komunikazzjoni bejn Għawdex u l-Port il-Kbir, barra milli jservu bħala torrijiet tal-għassa kontra l-kursari.
Ħafna mit-torrijiet għadhom jeżistu f’kundizzjoni tajba u fil-maġġoranza tagħhom huma aċċessibbli wkoll għall-pubbliku.
Kien għaqli biżżejjed dak iż-żmien li ssir sistema bħal din…ma ninsewx biex tkellem persuna minn raħal/post għall-ieħor kien diffiċli u ridt il-ħin, għax il-mobile ma kienx jeżisti.
Ritratt: Kenneth Abela