Tfajla ta’ 22 sena ġarrbet ġrieħi serji wara li kelb gidimha f’wiċċha waqt li kienet f’ħanut fil-Gżira.
F’intervista ma’ one News Lindsey Vella li taħdem f’ħanut irrakkontat l-esperjenza tal-biża’ li għaddiet minnha fl-aħħar jiem u appellat biex jintlibsu s-sarimi lill-klieb li jkollhom atteġġjament perikoluż.
“għall-ħabta tad-disa’ u kwart ġie wieħed ħdejn il-ħanut bil-kelb, qalli jimporta nidħol bil kelb, għidtlu iva mela mhux problema. Daħal u bdejt inkellem lilu u lil kelb għax kull annimal li jidħol fil-ħanut kollha nkellmuhom. imbgħad mort nimla l-fridge ta’ ħdejn il-bieb, u ovjament sidu reġa’ ġie bil-kelb u dort inkellem il-kelb, u sidu tagħni treat u tajtielu l-kelb, u x’ ħin ġejt biex nqum, ma nafx għal-liema raġuni, iddeċieda li jigdimni ġo wiċċi.”
Din hi l-istorja ta’ Lindsey Vella, tfajla ta’ 22 sena li ftit tal-jiem ilu sfat vittma ta’ gidma ta’ kelb waqt li kienet fuq xogħolha. It-tfajla qalet li fl-aħħar jiem għaddiet minn uġigħ kbir u bosta interventi mediċi.
Hija qalet li fil-paniku li nqala’ ħarġet ‘il barra mill-ħanut u talbet l-għajnuna.
bdejt ngħajjat u nwerżaq għax l-uġiegħ kien insapportabli dak il-ħin. l-uġiegħ li tħoss dak il-ħin huwa nspjegabli.
għal lindsey, l-aħħar jiem ma kinux faċli.
“għamluwli 3 punti fl-ewwel biċċa, u tawni d-dripp għax kont muġuwa imbgħad l-għada dħalt għall-ewwel operation, issa għada għandi oħra biex jaqqduli l-kumplament tax-xuftejn flimkien, imbgħad nerġa jkolli review oħra biex naraw x’ ikun nieqes mix-xoffa għax kelli parti nieqsa kbira minn xoffti u naraw x ikun baqa biex jagħmluli plastic surgery”
Lindsey stqarret ma’ ONE News li l-akbar weġgħa għaliha hi l-fatt li sid il-kelb telaq minn fuq il-post u kienu l-klijenti fil-ħanut li tawha l-ewwel għajnuna sakemm wasal tim mediku mill-isptar.
“sid il-kelb ġie, ħareġ barra u qalli int orrajt? jien qas kellimtu għax kien moħħni fid-demm kont. il-kelb ġie taħti, sidu ġibdu u telaq l-hemm.”
Lindsey qalet li għandha għal qalbha l-annimali u sostniet li qatt ma tista’ tagħti tort lil kelb. Qalet iżda li s-sid għandu jerfa’ r-responsabiltà.
Sostniet li waqt li l-klieb għandhom jitħallew jidħlu f’postijiet pubbliċi, appellat biex dawk b’atteġġjament perikoluż jintlibsulhom is-sarimi.
“li jidħlu lili qatt m’ għamlitli differenza, imma jekk ikun hemm tipi ta’ klieb bħall ma kien dan, please għamlulhom sarima għax jiena, mhux għax jien .. erba t’ijiem oħra ngħaddi minnha imma jekk ikun hemm tifel żgħir jista joqtlu, ħalliha li jien għandi ħafna operazzjonijiet ġejjin .. imma!”