60 sena mid-diżastru tat-tim ta’ Manchester United fl-ajru – One News

Notifiki

60 sena mid-diżastru tat-tim ta’ Manchester United fl-ajru

Illum jaħbat is-60 sena mid-diżastru tal-ajru ta’ Munich li seħħ fis-6 ta’ Frar 1958 meta titjira 609 tal-British Airways Airways ikkraxxja wara li prova jagħmel inżul tliet darbiet fuq runway li kienet mgħottija bis-silġ fl-Ajruport Munich-Riem, fil-Ġermanja tal-Punent.

Fuq l-ajrupjan kien hemm it-tim popolari u maħbub tal-futbol: Manchester United, imlaqqam “Busby Babes”, flimkien ma’ partitarji u ġurnalisti.

Għoxrin mill-44 li kien hemm fuq l-ajruplan mietu fuq il-post. Dawk imweġġgħin, xi wħud minnhom mitlufin minn sensih, ittieħdu lejn l-Isptar Rechts der Isar f’Munich fejn tliet persuni oħra mietu, u b’hekk l-ammont tela’ għal 23 mejta u 21 li rnexxielhom isalvaw.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend