Wara xhur ta’ spekulazzjonijiet dwar jekk hux se jkollha tarbija jew le, Kylie Jenner, waħda mill-aħwa Kardashians, ikkonfermat li kellha tarbija ftit tal-jiem ilu.
Iċ-ċelebrita magħrufa l-aktar għal-linja tas-sbuħija, kienet magħrufa sew għal kemm hi attiva fuq il-midja soċjali u kien għalekk li meta ftit tax-xhur ilu bdiet tnaqqas mill-għajn tal-pubbliku u kif ukoll il-passi diġitali tagħha bdew jonqsu, bosta bdew jispekolaw li kien se jkollha tarbija. Minn xahar għal ieħor aktar bdew jikbru l-ispekulazzjonijiet, bil-midja toħroġ storja wara oħra dwarha iżda Kylie baqgħet siekta u moħbija.
Iżda lbieraħ ikkonfermat dak kollu li beda jingħad fuq il-midja hekk kif kitbet messaġġ għal min isegwiha u skużat ruħa dwar kif żammet siekta iżda li ħasset li dik kienet l-aħjar deċiżjoni għaliha u għat-tarbija tagħha.
Kylie kkonfermat kif hi welldet tifla fl-1 ta’ Frar. Din hi l-ewwel tarbija li Kylie għandha mal-għarus tagħha Travis Scott.