Is-suspettat tal-attakki f’Pariġi se jitressaq il-Qorti fuq każ differenti – One News

Notifiki

Is-suspettat tal-attakki f’Pariġi se jitressaq il-Qorti fuq każ differenti

L-uniku suspettat ħaj mill-attakki terroristiċi li saru f’Pariġi fl-elfejn u ħmistax wasal fil-qorti Belġjana biex jaffaċċja provi dwar l-isparaturi li wassluh għall-arrest.

Salah Abdeslam inqabad fi Brussell, erba’ xhur wara l-attakki.L-akkużi li qed jaffaċċja mhumiex relatati ma’ avvenimenti f’Pariġi imma għal ġlieda bl-armi mal-pulizija.

L-attakki fuq sala tal-kunċerti f’Pariġi, l-istadium, ir-restoranti u l-ħwienet tax-xorb ħallew mija u tletin persuna mejta u mijiet midruba.

Fost l-agressuri hemm ħu Abdeslam, Brahim, li miet fi splużjoni suwiċida fuq barra ta’ kafeterija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend