Il-werriet ta’ Samsung nħeles mill-ħabs wara li l-Qorti tal-Korea t’Isfel issospendiet is-sentenza li ngħatatlu ta’ ħames snin talli xaħħam l-eks president tal-pajjiż.
Dan hekk kif xhur ilu Qorti fil-Korea t’Isfel ikkundannat lill-werriet preżenti ta’ Samsung – il-biljunarju Lee Jae-Yong għal ħames snin priġunerija wara li nstab ħati fuq tixħim.Magħruf ukoll bħala Jay Y Lee, il-mexxej tal-akbar produttur ta’ smartphones fid-dinja, ilu miżmum taħt arrest minn Frar li għadda fuq lista ta’ akkużi ta’ korruzzjoni. Ewlenin fost dawn kienu tixħim, serq u ħabi ta’ kontijiet barra mill-pajjiż.
Skont l-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet f’dan il-każ kien hemm ukoll
Il-prosekuturi tal-każ saħqu li Lee xtaq ikollu s-sostenn tal-Gvern biex ikompli jsaħħaħ l-pożizzjoni tiegħu fil-kumpanija. Dawn l-investigazzjonijiet komplew