Il-film Das Boot li jmur lura għall-1981 jinsab għaddej bil-produzzjoni ta’ series televiżiv.
Il-film jitratta l-storja ta’ ekwipaġġ Ġermaniż li ħadem fuq is-sottormarin U-96 waqt l-attakk fuq diversi vapuri fl-Atlantiku fis-sena 1941.
It-tim tal-produzzjoni jinsab għaddej bil-ġbid, f’ Malta u hu mistenni li jiffilmja wkoll f’ pajjiżi oħra fl-Ewropa.
Il-ġbid ta’ dan il-film f’ Malta qiegħed isir fil-Port il-Kbir kif ukoll fil-faċilitajiet tal-films Maltin fil-Kalkara li huma mgħarufa li jatrattaw diversi produzzjonijiet ta’ din ix-xeħta.
Filmati li għandu one.com.mt juru li s-sottomarin li qed jintuża fil- produzzjoni, jinsab fil-Port il-Kbir jiffilmja xi xeni minn dan is-serje li hu mifhum li ser ikun fih 8 episodji.
Is-submarine li qed jintuża għall din il-produzzjoni, huwa l-istess wieħed li intuża fil-film U-571, li nġibed f’ Malta xi snin ilu.