Il-Bank Ċentrali ta’ Malta, fl-evalwazzjoni regolari tiegħu dwar l-andament ekonomiku qal li matul it-tliet snin li ġejjin, it-tkabbir ekonomiku mistenni jibqa’ b’saħħtu minn għalkemm ftit aktar baxx mill-2017.
Matul is-sena li għaddiet Malta rreġistrat l-ogħla tkabbir ekonomiku fiż-Żona Ewro tant li qabżet b’1.6 fil-mija, it-tbassir tal-Unjoni Ewropea fil-Prodott Domestiku Gross ta’ 7.2 fil-mija.
L-ekonomisti tal-Bank Ċentrali qalu li meta mqabbel mal-aħħar tbassir, dak riċenti jirrappreżenta reviżjoni ’l fuq fit-tkabbir fl-attività minħabba esportazzjoni netta aktar b’saħħitha.
Qal li t-tkabbir ekonomiku fis-snin li ġejjin se jiġi sostnut minn fatturi ta’ domanda u provvista.
Qal li b’mod partikolai, ir-riformi fl-enerġij li saru matul dawn l-aħħħar snin, il-proġetti ġodda ta’ investiment, iiż-żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-esportazzjoni qawwija tas-servizzi huma l-istimoli ewlenin li se jsostnu t-tkabbir ekonomiku.
Il-Bank Ċentrali qal li minħabba tkabbir ekonomiku mgħaġġel, is-suq tax-xogħol mistenni jibqa’ f’livelli stretti, bir-rata tal-qgħad mistennija tilħaq l-4.2% fl-2020.
Qal li għalhekk f’konformità mar-reviżjoni ’l fuq fl-attività ekonomika, ir-rata tal-qgħad ġiet riveduta ’l isfel matul it-tliet snin li ġejjin.
Dwar il-finanzi pubbliċi, l-ekonomisti tal-bank ċentrali qalu li l-Gvern se jibqa’ jkollu surplus fil-finanzi pubbliċi tiegħu, filwaqt li l-proporzjon tad-dejn mal-prodott domestiku gross mistenni li jinżel taħt il-45% sa tmiem il-perjodu tat-tbassir.