Ħdax-il persuna nqatlu wara li nirien ħakmu faċilità residenzjali Ġappuniża għal persuni b’diffikultajiet finanzjarji.
Mis-sittax-il persuna jgħixu fid-dar, ħamsa ġew salvati minn pumpiera tal-protezzjoni ċivili.
Il-binja ta’ tliet sulari fil-belt ta’ Sapporo fit-tramuntana tal-pajjiż hija dar għal residenti li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma anzjani.
L-awtoritajiet ħabbru investigazzjoni biex tistabbilixxi x’kienet il-kawża ta’ dawn in-nirien. Fl-2010, seba’ persuni nqatlu wkoll f’nirien f’dar tal-anzjani f’Sapporo.