Żieda ta’ 36 karozza kuljum għas-sena 2017 – One News

Notifiki

Żieda ta’ 36 karozza kuljum għas-sena 2017

Informazzjoni minn Transport Malta turi li sal-aħħar ta’ Diċembru tas-sena li għaddiet, vetturi bil-liċenzja kienu jammontaw 372,061.

Minn dawn 78.4 fil-mija mill-ammont kollu kienu karozzi tal-passiġġieri, 13.6 kienu vetturi kummerċjali, 6.9 fil-mija kienu muturi, quadricycles jew quadbikes.

Il-minibuses u vannijiet jammontaw għal ftit inqas minn 1 fil-mija tat-total.

Jidher li tul l-2017, il-medja ta’ karozzi zdiedet għall-ammont ta’ 36 vettura kull ġurnata.

F’din l-istatistika jidher li 6.687 vettura tneħħew mit-toroq fuq diversi restrizzjonijiet. Minnhom, 40.4 fil-mija reġgħu nbiegħu, 29.7 fil-mija kienu ggaraxxjati waqt li 27.7 fil-mija kienu sskrepjati. Dawn fil-maġġoranza taghhom kien karozzi tal-passiġġieri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend