L-aħħar episodji tas-serje famuża mondjali Game of Thrones se jkunu qed jibdew jixxandru f’April tal-2019. Żvelat dan waħda mill-attriċi, Maisie Williams waqt li kienet qed tiġi intervistata.
Williams spjegat kif se jkunu qed jieħdu l-aħħar xeni f’Diċembru u l-ewwel episodju mistenni joħroġ f’April tal-2019, erba’ xhur wara.
Hi spjegat kif l-aħħar episodji ħaqqhom l-aqwa attenzjoni u li żgur mhux forsi s-segwaċi se jkunu qed isejħu dan is-season finali, li hu t-tmien wieħed, bħala l-aqwa wieħed ta’ din is-serje.
Huma bosta li qed jistennew bil-ħerqa biex isiru jafu kif se jintemm is-serje. Min se jirbaħ u jieħu postu fuq it-tron, min ħaqqu bid-dritt li jirrenja, se jsiru jafu tard wisq Jon u Daenerys dwar il-passat tal-familji tagħhom? u bosta aktar mistoqsijiet li jridu jiġu mwieġba fl-episodji finali.