Il-President Amerikan Donald Trump għadu ma jafx jekk hux mistieden għat-tieġ tal-Prinċep Harry u l-attriċi Amerikana Meghan Markle.
Huwa qal dan meta kien mistoqsi jekk għandux invit. Mhux eskluż li Trump jibqa’ mingħajr invit hekk kif Meghan Markle kienet segwaċi ta’ Hillary Clinton u tata l-appoġġ tagħha tul l-elezzjoni presidenzjali tal-elfejn u sittax.
L-istess Markle kienet iddeskriviet lil Trump bħala persuna li jobgħod lin-nisa.
Minkejja dan, Trump qal li l-Prinċep Harry u Markle jagħmlu koppja ħelwa u jixtieqhom ikunu miżżewġin kuntenti.
It-tieg tal-koppja se jsir f’Mejju li gej u se jiżżewġu fil-kappella privata ta’ Windsor Castle.