Il-mexxej tal-oppożizzjoni tar-Russja, Alexei Navalny ġie arrestat mill-pulizija f’Moska wara li ingħaqad fi protesta b’appoġġ lejn il-bojkot għal elezzjoni presidenzjali.Huwa ħabbar li ġie arrestat fi Tweet li fiha qal li dan ma jfisser xejn u ħeġġeġ lil dawk li jappoġġjawh biex jingħaqdu fi protesti madwar ir-Russja.
Navalny – li huwa kritiku prinċipali tal-President Vladimir Putin huwa eskluż milli jikkontesta l-elezzjoni tat-tmintax ta’ Marzu.
Sa issa, aktar minn mija u tmenin persuna ġew arrestati madwar il-pajjiż b’rabta mar-rallies li qed isiru.