Aktar minn mitt persuna huma maħsuba mejta kawża ta’ bomba suwiċida li seħħet f’Kabul.
L-agressuri saqu ambulanza u wasslu fi triq miżgħuda bin-nies f’distrett mimli binjiet tal-gvern u ambaxxati. Il-gvern tal-Afganistan iddikjara jum ta’ luttu għal-lum hekk kif ser isiru l-funerali u l-qraba qed ifittxu l-isptarijiet għal dawk li rnexxielhom isalvaw.
It-Taliban li huwa grupp Islamista qal li kien huwa l-moħħ wara dan l-attakk.
Attakk li seħħ ġimgħa biss wara l-attakk li seħħ f’lukanda f’Kabul li ħalla tnejn u għoxrin persuna mejta.