Mhux l-ewwel darba lill-Pulizija jirnexxielhom iżommu persuna milli tagħmel suwiċidju u ttemm ħajjitha. B’ kollox mill-elfejn u tlettax l’ hawn kien hemm ħames mija u wieħed u ħamsin persuna li ġew salvati minn ħalq il-mewt permezz ta’ ntervent f’ waqtu mill-Pulizija. B’ uħud minnhom ikunu attentati ta’ suwiċidji jew inkella l-ewwel għajnuna waqt inċidenti.