Notifiki

Ambulanza bomba toqtol 95 u tferi 158 persuna f’Kabul

Minn tal-inqas 95 persuna mejta u madwar 140 persuna feruta wara li ambulanza kienet mimlija bl-isplussivi, f’Kabul, l-Afganistan.

L-attakk seħħ viċin l-uffiċini tal-Unjoni Ewropea, għadd t’uffiċini ta’ ambaxxaturi u l-kwartieri tal-pulizija, fejn hemm sigurtà stretta. Dan sar fis-siegħa neqsin kwart ta’ wara nofsinhar, ħin Afgan, wara li l-ambulanza bl-isplussiv għaddiet mill-ewwel checkpoint.

Il-Pulizija ddentifikat li l-aggressur qabeż it-tieni punt ta’ sigurtà, iżda ma setgħux iwwaqfuh qabel ma sploda l-isplussiv. Kelliem għal Ministru tas-Saħħa kkonferma dawk feruti, li ttieħdu fl-isptarijiet tal-madwar. Il-militanti tat-Taliban ħadu r-responsabilità ta’ dan l-attakk.

Dan qed jitqies li kien wieħed mill-agħar attakki f’Kabul fl-aħħar żmien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend