Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei wara li baqa’ dieħel fil-vettura ta’ quddiemu fl-Imsida. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ dalgħodu fi Triq il-Wied fl-Imsida meta vettura tat-tip Citroen għal xi raġuni waqfet bil-konsegwenza li mutur tat-tip Piaggio misjuq minn raġel Taljan ta’ 25 sena residenti Tas-Sliema baqa’ dieħel fil-vettura.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Ritratt: MRTU