Qattusa mill-isbaħ tar-razza Persian ġiet abbandunata fl-età ta’ 12-il sena f’santwarju tal-annimali.
Fuq il-paġna tal-Facebook, is-santwarju Tomasina Cat Sanctuary fejn spjegaw kif sid il-qattusa abbandunaha ta’ din l-età u dan kollu għax kienet ta’ wisq xogħol għalih.
Kienu bosta persuni li qalu li ma jridux jiġġudikaw il-każ, iżda li jiddispjaċihom li din il-qattusa wara tant snin għand l-istess sid, issa spiċċat abbandunata mbeżża’ u ma tafx x’qed jiġri madwarha.
Tomasina Cat Sanctuary hu wieħed mis-santwarji li hawn f’Malta li jieħdu ħsieb qtates li ġew abbandunati u li jippruvaw isibulhom familja ġdida li lesta tatihom l-imħabba li ħaqqhom.