Fi Brussell, il-Kumitat Libe għaddej b’dibattitu ieħor dwar is-saltna tad-dritt f’Malta.
Dibattitu li fih reġa spikka l-aġir tal-membri parlamentari nazzjonalisti fejn ħatfu l-okkażjoni biex jitkellmu kontra Malta.
Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola qalet li aħna m’aħniex se nċedu u mhux se niefqu lil Gvern Malti.
Għal dan id-dibattitu attenda l-Ministru tal-ġustizzja Owen Bonnici. Filfatt numru ta’ membri parlamentari ewropej apprezzaw il-fatt li l-Ministru Owen Bonnici jinsab preżenti.
Il-Membru parlamentari Nazzjonalista David Casa prova jirredikola liġijiet li daħħal l-gvern f’ħames snin. Fosthom l-liġijiet ta’ protezzjoni lill-whistleblower , liġijiet fost oħrajn li jħarsu lil dawk li jaħdmu fil-media. Aktar minn hekk, Casa qal li se jkompli jiġġieled kontra Malta.