Auschwitz, għadu jkexkxek sal-lum – One News

Notifiki

Auschwitz, għadu jkexkxek sal-lum

Auschwitz, jinsab qrib Krakow; kien l-akbar kamp tal-mewt li b’differenza mill-oħrajn uża l-gass idroġenu li malajr kien iwassal għall-effett mixtieq.

Il-vittmi ta’ Auschwitz kienu ġejjin mill-Ewropa kollha: Norveġja, Franza, Olanda, Italja, Ġermanja, ċekoslovakja, Ungerija, Polonja, Jugoslavja, u Greċja.

Ħafna priġunieri, Lhud u mhumiex, kienu jitħaddmu; xi priġunieri kienu jintużaw f’esperimenti mediċi, b’mod partikulari għall-isterilizzazzjonijiet. Għalkemm il-Lhud u ż-żingari (gypsies) biss kienu jiġu ggassjati regolarment, mijiet ta’ eluf ta’ priġunieri oħra f’Auschwitz mietu bil-ġuħ, bil-mard jew iffuċillati.

Biex jgħattu dnubhom, bnew krematorji kbar biex fihom jinħarqu l-iġsma ta’ dawk li ġew iffuċillati. Fl-1944 il-kamp ġie fotografat mill-ajruplani ta’ l-Alleati li kienu qed ifittxu l-industriji; il-fabbriki ġew ibbumbardjati iżda l-kampijiet le.

Sfortunatament maż-żmien mhux talli dawn in-nies ma batewx fi żmienhom, talli kien hemm min prova jgħid u jdaħħal fl-imħuħ li l-olokawst qatt ma seħħ.

Illum huma ftit dawk li għadhom ħajjin minn dak iż-żmien, li ġarrbu din l-esperjenza. Baqa’ uliedhom u ulied uliedhom jirrakontaw il-ġrajjiet tal-biża’.

Il-Parlament Malti, illum ikkomemora Jum il-Memorja li se jkun iċċelebrat is-sibt li ġej; imwaqqaf apposta min-Nazzjonijiet Magħquda biex jitfakkar dan l-avveniment ferm ikrah għall-umanità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend