Sir Elton John hu mistenni li jħabbar x’se jkun il-pass li jmiss fil-karriera tiegħu waqt konferenza tal-aħbarijiet l-Erbgħa.
L-istilla ta’ fama mondjali hu mistenni jiżvela l-pjanijiet tiegħu wara li l-permess ta’ residenza tiegħu f’Las Vegas se tkun qed tintemm f’Mejju wara sitt snin.Il-ġurnal The Mirror irrapporta kif Elton John se jkun qed iħabbar l-aħħar world tour tiegħu.
S’issa xejn għadu ma ġie kkonfermat min-naħa tar-rappreżentanti tiegħu.