Il-President Amerikan Donald Trump ftaħar bi tħabbira mill-kumpanija Apple.
Kif ippubblikat mis-sit tal-aħbarijiet CNBC, Apple ħabbret pjan biex treġġa’ lura fl-Istati Uniti biljuni ta’ dollari – frott ta’ liġi ġdida tat-taxxa. Dan bil-konsegwenza li fil-ħames snin li ġejjin mistennija tikkontribwixxi mat-tliet mija u ħamsin biljun dollaru fl-ekonomija Amerikana, 38 biljun minnhom ġejjin mill-ammont ta’ flus li se treġġa’ lura fl-Istati Uniti. Ammont li huwa stmat li jlaħħaq il-250 biljun dollaru.
Barra minn hekk mistennija tiftaħ kampus ġdid, u toħloq 20,000 impjieg.
Minn naħa tiegħu, Trump fakkar fil-wegħdiet elettorali tiegħu, fejn qal li bil-politika tiegħu ta’ tnaqqis fit-taxxi, ammonti kbar ta’ flus jerġgħu jidħlu lura fil-pajjiż. F’dak li sejjaħ rebħa kbira għall-ħaddiema Amerikani u għall-Istati Uniti.