Jinżamm eks uffiċjal tas-CIA fuq rekords sigrieti

Eks uffiċjal tas-CIA ġie arrestat fl-Istati Uniti fuq akkużi li żamm b’mod illegali informazzjoni klassifikata.


Jerry Chun Shing Lee, ċittadin Amerikan, inżamm fl-ajruport JFK ta ‘New York nhar it-Tnejn li għadda. Dan qalu d-dipartiment tal-ġustizzja tal-Istati Uniti.


Huwa ħadem għas-CIA bejn l-1994 u l-2007, meta mbagħad telaq lejn Ħong Kong.


Il-każ hu maħsub li huwa marbut ma’ investigazzjoni tal-FBI li bdiet fl-2012, dwar tfixkil tal-operat tas-CIA fiċ-Ċina.


Fis-sentejn ta’ qabel, madwar 20 informatur inqatlu jew inħelsu; wieħed mill-aktar nuqqasijiet diżastrużi tal-intelliġenza tal-Istati Uniti f’dawn l-aħħar snin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend