Notifiki

Il-PM jenfasizza l-irwol tal-Bank tal-Iżvilupp ta’ Malta

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-Bord tad-Diretturi u mal-Kap Eżekuttiv tal-Bank tal-Iżvilupp ta’ Malta (MDB) fil-preżenza tal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, il-konsulent tal-Prim Ministru Louis Grech u l-Kap tal-Istaff Keith Schembri f’Kastilja.

Matul il-laqgħa, il-Prim Ministru enfasizza l-irwol importanti tal-MDB f’dan l-istadju tal-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna.

L-irwol tal-Bank huwa primarjament biex jindirizza n-nuqqasijiet tas-suq billi joffri faċilitajiet ta’ finanzjament biex jappoġġja operazzjonijiet produttivi u vijabbli meta u fejn is-suq ma jkunx lest jew ma jkunx jista’ jakkomodahom.

Il-Bank tal-Iżvilupp ta’ Malta huwa kompost minn: Chairman: Prof. Josef Bonnici, Diretturi: Is-Sur Paul Abela (nominat minn rappreżentanti ta’ MCESD), Dr Rose Azzopardi, is-Sur Robert Borg (nominat minn rappreżentanti ta’ MCESD, Paul Cardona, Godfrey Grima, is-Sur Anthony Valco, CEO: is-Sur Rene ‘Saliba.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend