Id-deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li meta jispiċċa l-proċess li l-kuntratt tal-VGH għall-isptarijiet jgħaddi għand Steward Health Care, huwa lest juri l-kuntratti lill-Kap tal-Oppożizzjoni u lill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-qasam tas-saħħa u flimkien mal-avukati dak li jista’ jiġi ppublikat ikun magħruf pubblikament.Il-Ministru li kien qed jagħlaq sagħtejn u nofs ta’ dibattitu dwar is-servizzi tas-saħħa f’Malta, ħabbar ukoll li Barths mhux biss se jkomplu bl-iskola medika f’Għawdex iżda fil-jiem li ġejjin se jħabbru proġett ieħor mal-Gvern Malti biex juru l-fiduċja fil-Gvern.
Fil-bidu tad-diskors tiegħu Mr Fearne qal li Malta għandha professjonisti, tobba, infermiera u ħaddiema f’kull qasam tas-saħħa li huma tajbin u li ħafna minnhom qed jaħdmu bl-overtime minħabba l-mewġa tal-influwezna. Il-ħaddiema, qal, huma l-akbar preġju li għandna fil-qasam tas-saħħa, settur li l-gvern jesiġi li jkun eċċellenti u li jibqa’ ħlas iżda li għandu bżonn infrastruttura ġdida.
Huwa fakkar li l-Isptar Mater Dei kellu jinbena f’erba’ snin u dam jinbena kważi 18-il sena. Kellu jiswa 40 miljun lira Maltin iżda sewa 576 miljun.
Fl-2013, il-Gvern Laburista sab problemi kbar fil-qasam tas-saħħa, li ħafna minnhom solvihom.
Madankollu fl-Isptar Mater Dei hemm bżonn parkeġġ, blokka ġdida għall-outpatients, aktar sodod, sptar għall-kura mentali, u ieħor għat-tfal u maternità. Dawn kollha rridu nsibu l-flus għalihom.
Hemm problema kbira bl-Isptar Monte Carmeli, sptar antik li għandu bżonn rfefurbishment kbir. L-istess fil-kura primarja u għal dan il-għan se jiftaħ ċentru gdid f’Ħal Kirkop, se jiftaħ ċentru reġjonali f’Raħal Gdid, u ċentru reġjonali ieħor fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta.
Iċ-ċimiterju tal-Adolorata jrid jespandi biex jiżdiedu l-oqbra u wasal biex jingħażel min se jagħmel ix-xogħol minn tliet konsorzja.
L-infrasruttura tal-Isptar ta’ Għawdex trid tinbidel. Fl-Isptar Karen Karen hemm bżonn refurbishment qawwi.
L-Isptar San Luqa huwa mitluq u meta bnew Mater Dei, in-Nazzjonalisti insew il-fiżjoterapija u ħallewha hemm u d-dermatoloġija ħallewha fl-Isptar Boffa. Hemm bżonn sptar ta’ rijabilitazzjoni u skola tan-nursing,
L-Isptar ta’ Għawdex irid jinbena mill-ġdid u jsir aqwa minn Karen Grech.
Mr Fearne qal li għal dan kollu jridu jinstabu l-fondi: dawk nazzjonali, dawk Ewropej u sorsi ġodda ta’ finanzjamenti, fosthom li l-Gvern jaħdem mal-privat biex dan tal-aħħar joħroġ il-kapital għalihom.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa, Stephen Spiteri, issuġġerixxi li l-gvern iħalli kollox kif kien. L-istess il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, li flimkien ma’ Claudio Grech qalulna biex nissellfu u niddejnu biex nagħmlu xi ħaga.
Dr Delia tkaża li l-Gvern qed jonfoq 2,700 ewro kuljum għas-servizz tal-ħelicopter service. B’dan is-servizz, il-vjaġġ minn Għawdex għal Malta tnaqqas b’siegħa. Il-ħelicopter qed isalva l-ħajjiet.
Tkaża għax għall-isptar t’Għawdex qed jintefqu 190 elf ewro kuljum meta f’Mater Dei il-gvern jonfoq ftit inqas minn żewġ miljun ewro kuljum u ta’ dan qed nieħdu servizz.
Il-Gvern deċiż li jittratta lill-Għawdxin l-istess bħall-Maltin.
Mr Fearne qal li Stward Health Care tmexxi 36 sptar fl-Istati Uniti u l-PN tkażaw għax se jiġu l-Amerikani. Insew li kienu ġabu lil John Hopkins, kumpanija Amerikana u tawha 1.3 miljun ewro biex tagħmlilhom rapport kif se jmexxu huma Mater Dei.
Kien il Gvern stess li talab lill-Awditur biex jinvestiga l-proċess dwar kif ingħażlu l-VGH, li ġew u bdew jaħdmu. Il-Gvern għamel ħames kumitati, tnejn fuq il-manutenzjoni, wieħed fuq il-livell tas-servizz u tnejn oħra dwar il-bini u l-milestones.
Il-Gvern jesiġi li dak li wieħed jidħol għalih f’kuntratt irid jagħtih. VGH ma kinux qed jimxu bir-rata li riedhom il-gvern. Kellhomn problemi mal-Awtorità tgal-Ippjanar u anke nstabu xi fdalijiet.
Il-gvern talabhom jaċċelleraw jew isibu soluzzjoni u huma biegħu l-l-ishma tagħhom lil Steward Health Care. Il-Gvern jinteressah l-interess tal-pazjenti u għamel due diligence dwarhom. Jidhru li għandhom track record kbir u se jkunu partner b’saħħtu.