Ir-riforma li tħabbret mill-Gvern fil-baġit għall-elfejn u sbatax, li rat il-pensjoni tal-wens tinbidel għal increased carers allowance qed tħalli riżultati pożittivi.
Fil-fatt dawk li kienu qed jibbenefikaw mill-pensjoni tal-Wens żdiedu minn tmenin għal madwar ħames mija.
B’dik li kienet il-pensjoni tal-wens kienet limitata biss għal nies li kienu single u li kienu qed jieħdu ħsieb persuna li kienet f’siġġu tar-roti jew ma jistax iqum mis-sodda.
L-Assistent Direttur tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, is-Sur George Cremona spjega li l-Increased Carers’ Allowance qed titħallas lil carers, inkluż il-miżżewġin, li qed jieħdu ħsieb persuna fir-residenza tagħhom li jkollha grad għoli ta’ dipendenza.
Spjega li l-carer irid ikun qed jgħix taħt l-istess saqaf tal-persuna li jkunu qed jieħdu ħsieb u ma jkollux impjieg.