Notifiki

Aġġornat: Il-plejers sospiżi għadhom fiċ-ċans li jappellaw

Sitt plejers tat-tim internazzjonali ta’ Malta ġew sospiżi mill-UEFA, tnejn minnhom għal għomorhom b’rabta’ ma’ każ ta’ korruzzjoni fil-logħbiet li t-team Malti lagħab kontra l-Montenego u r-Repubblika Ċeka.

Il-UEFA ħabbret id-deċiżjoni finali tagħha fi stqarrijja wara li kkonkludiet l-investigazzjoni tagħha dwar is-sebà plejers tat-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena. Dan dwar żewġ logħbiet mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni tal-kampjonat tal-UEFA li ntlagħbu fl-2016.

Fid-deċizjoni tagħha, il-UEFA ssospendiet lil Emanuel Briffa u lil Kyle Cesare  għal għomorhom wara li rriżulta li influwenzaw b’mod illeċtu r-riżultat tal-logħob tat-tim jew inkella kienu jafu u ma’ qalu xejn.

Is-sena li għaddiet, Briffa u Cesare li kienu mixlija b’kompliċita f’dan l-allegat kaz ta’ korruzzjoni, ma nstabux ħatja li xxaħħmu biex jirranġaw ir-rizultati.Fid-decizjoni tiegħu l-Maġistrat Joe Mifsud kien qal li ż-żewġ plejers ma’ aġixxewx b’ mod kriminali.  Dan għaliex ma laħqux ftehmu dwar x’kumpens se jieħdu u ma pparteċipawx fl-iskema u biegħu il-logħba.

Filwaqt li spjega li kien evidenti li l-immaturita tal-imputati kienet sfruttata u spiċċaw affettwati minn pressjoni u għalhekk f’dawn iċ-ċirkustanzi ma setgħux jirreżistuha b’mod facli.

F’konferenza tal-aħbarijiet is-Segretarju ġenerali tal-Malta Football Association, Angelo Chetcuti, esprima d-diżappunt dwar dan il-każ u spjega li l-plejers għadhom jistgħu jappellaw mid-deċiżjoni tal-UEFA.  Is-Sur Chetcuti spjega li s-sentenza tal-UEFA hija bbażata fuq evidenza differenti minn dik tal-Qorti Kriminali.

Chetcuti qal li “Id-differenza hija li l-livell ta’ prova fil-kamp kriminali u fil-kamp sportiv mhijiex l-istess. Il-livell ta’ prova fil-kamp kriminali hija li inti trid tipprova li sar ir-reat without reasonable doubt mentri fil-kamp sportiv il-livell ta’ prova huwa l-bilanċ ta’ probabilta fit-termini tal-uefa hija comfortable satisfaction.

Il-UEFA ssospendiet ukoll wkoll erbà plejers oħra li ngħataw sospensjoni differenti, dan hekk kif qed jaffaċċjaw akkużi simili – li ma nfurmawx lill-UEFA li kienu jafu dwar dak li kien se jiġri.

Il-plejer Samir Abab ingħata sospensjoni ta’ sentejn. Filwaqt li Ryan Camenzuli ngħata sospensjoni ta’ sena u nofs.

Bil-plejers Llywelyn Cremona u Luke Montebello ġew sospiżi għal sena.

Kien il-goalkeeper Matthew Calleja Cremona biss li ġie meħlus mill-akkużi u ma nstabx ħati. Bil-plejer stqarr ma’ ONE NEWS li jinsab kuntent ħafna bid-deċiżjoni.

Matthew qal li “Ir-reazzjoni tiegħi kienet waħda li kont kuntent ħafna imma bdejt nistenna li nirċievi aħbar pożittiv għax meta tkun taf li qiegħed fis-sewwa taf li għandha tinqata favurik is-sentenza issa jaf hemm każijiet ta’ plejers oħra jaf li nqatgħu kontriha b’mod inġust iżda jien ma nistax nikkumenta fuq plejers oħra – reazzjoni tiegħi i was relieved bl-ingli.”

Matthew esprima ukoll diżappunt għal mod ta’ kif ikkumentaw dwaru n-nies meta kien qed jiġi investigat.

Matthew qal li “Diżappuntat ħafna li nara ħafna nies jikkumentaw bl-addoċ fuq l-artikli li jitilgħu fuq l-internet meta nemmen li 90% tal-kummenti tan-nies lanqas biss jiġu jissapportjaw in-nazzjonal. Lanqas biss issapportjawna meta lħaqna in-national team record ta’ 11 points. Nemmen li għandhom dritt jikkumentaw dawk in-nies li jiġu jissapportjaw it-tim nazzjonali Malti.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend