Mara mis-Siġġiewi tintlaqat minn vettura – One News

Notifiki

Mara mis-Siġġiewi tintlaqat minn vettura

 Fi stqarrija tal-pulizija intqal li llum għall-ħabta tal-għaxra neqsin għaxra ta’ dalgħodu (0950hrs), ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Bir Miftuħ, il-Gudja.

 

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li mara ta’ 48 sena, residenti s-Siġġiewi, għal xi raġuni, sfat milquta minn vettura tat-tip Peugeot Bipper li kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 42 sena li joqgħod Ħal Għaxaq.

 

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura.  Iktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend