Jitressqu l-Qorti żewg persuni li serqu minn carwash – One News

Notifiki

Jitressqu l-Qorti żewg persuni li serqu minn carwash

Raġel u mara tressqu l-Qorti mixlija li għal darba, darbtejn serqu minn ġewwa car wash fl-Iklin. Kien is-sit one.com.mt li żvela l-filmat minn kameras tas-sigurtà fejn tidher persuna dieħla b’karozza bajda fil-post fejn jinħaslu l-karozzi. Hawnhekk il-persuna dehret tkisser kaxxa li fiha jkollha l-magna li tintuża apposta biex isir il-proċess tal-ħasil.

Colin Galea ta’ sitta u għoxrin sena li joqgħod il-Qajjenza flimkien mas-sieħba tiegħu, li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti ġew mixlija li apparti s-serq ikkawżaw ħsarat ta’ ftit aktar minn għaxar t’elef ewro. Filwaqt li ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom, għar-raġel ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest u l-Qorti laqgħet it-talba tal-mara għal-libertà proviżorja. Din ingħatatilha fuq garanzija personali ta’ elfejn ewro.

Għas-sieħba ta’ Galea deheru l-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia. Għall-akkużat deher l-avukat Mario Mifsud.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend