Illejla fis-Seminarju tal-Virtù… – One News

Notifiki

Illejla fis-Seminarju tal-Virtù…

Propju l-lejla għall-ħabta tal-ghaxra ta’ filghaxija jirritornaw lura mill-vaganzi, is-Seminaristi biex ikomplu jitharrgu fil-formazzjoni taghhom. Wara li dalgħodu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, Mons Arċisqof laqa’ t-talba ta erba’ seminaristi bħala kandidati għas-saċerdozju, fi ftit xhur oħra erba’ seminaristi oħra jiġu ordnati djakni. Din is-sena wkoll fis-Seminarju t’Għawdex ħames żgħażagħ fosthom wieħed mill-Guatemala bdew il-fażi propadewtika qabel ma’ jibdew il-formazzjoni tagħhom fis-seminarju f’Ottubru li ġej. Fis-seminarju ta’ Malta huma erba’ oħra li ħa jibdew dan iż-żmien partikolari li fiħ permezz tat-talb u d-direzzjoni ta’ tim formattiv, wieħed jistudja iktar fil-fond is-sejħa t’Alla għal ħajtu. Il-kelma ‘propadewtika’ ġejja minn kelma griega li tfisser żmien ta’ introduzzjoni.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend