Il-pulizija jieħdu kedda jiġru wara ħanżir – One News

Notifiki

Il-pulizija jieħdu kedda jiġru wara ħanżir

F’xena mhux tas-soltu, fil-filmat t’hawn taħt, naraw żewġ membri tal-korp tal-pulizija jiġru wara ħanżir iswed fit-triq tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Mhuwiex konfermat jekk il-ħanżir wasalx bħala passiġġier fuq titjira jew kienx sejjer fuq btala barra minn xtutna iżda huwa żgur u evidenti li ta kedda liema bħala liż-żewġ membri tal-korp.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend