Battuti politiċi u attwali fil-pantomima – One News

Notifiki

Battuti politiċi u attwali fil-pantomima

FROWZINN – il-pantomima mtellgħa din is-sena fl-Istitut Kattoliku mill-Kumpanija Teatru Rjal.

Pantomima li tul dawn l-aħħar sbatax il-sena kienet imfittxija minn bosta Maltin.

Il-Produttur ta’ din il-Pantomima Pawlu Testa jispjega x’ jispika fil-Pantomima ta’ din is-sena li rat tibdil kbir, dan biex minkejja li jinżamm dak tradizzjonali, ikun hemm inovazzjonijiet li jiġbdu n-nies minn sena għal sena.

Testa spjega s-sinifikat u t-tifsira tal-pantomima ta’ din is-sena bil-battuti politiċi tal-preżent jagħmlu din il-pantomima fost l-aktar popolari fil-gżejjer Maltin.
Pantomima dejjem iddur mad-Dama li tkun meqjusa bħala r-reġina tal-ispettaklu.

Iżda d-Dama ta’ din il-pantomima, x’ irwol għandha din is-sena? Id-Dama spjegatilna li l-irwol tagħha hu bħala Ms Love li tiġi l-karattru prinċipali u l-mara ta’ Olaf l-isnowman.

Waħda mir-regoli tal-Pantomima hija l-frażi marbuta mad-Dama – frażi li tgħaqqad l-udjenza mal-atturi u l-karattri fuq il-Park.

Il-Pantomima bdiet nhar is-sbatax ta’ Diċembru u tibqa’ sejra sal-ewwel ġimgħat ta’ Jannar fil-5,6, 7, 13 u 14 ta’ Jannar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend