George Borg huwa l-ewwel tarbija li twieled f’jum il-Milied. Huwa twieled ftit ħin biss wara t-tokki ta’ nofsillejl, eżattament f’nofsillejl u għaxra.
George huwa t-tielet wild għall-koppja Svetlana u Paul Borg. Spikka l-ferħ fuq fomm Svetlana li reġgħet saret omm.It-tieni tarbija f’Jum il-Milied twieldet fis-sagħtejn u għoxrin ta’ filgħodu. It-tifla Leah Darmenia, hija l-ewwel wild għall-koppja Anna Camilleri u Gabriel Darmenia. Rigal mill-isbaħ għal din il-koppja, f’Jum il-Milied.
F’jum il-Milied is-sala tal-Maternita’ fl-isptar Mater Dei kompliet bil-ħidma tagħha hekk kif s’issa twieldu sebat itrabi.
Spikka s-sens ta’ ferħ fost l-infermiera u l-qwiebel, li minkejja ma qattgħux jum il-Milied mal-għeziez tagħhom, iċċelebrawħ mal-ġenituri li f’dawn iz-zminijiet ta’ festi irċivew l-isbaħ rigal.
Awguri lil dawn il-ġenituri u grazzi lill-infermiera kollha tal-isptar Mater Dei, għall-ħidma impekkabli tagħhom.