Daħlu f’parapett wara li tilfu kontroll tal-vettura – One News

Daħlu f’parapett wara li tilfu kontroll tal-vettura

Żewġ żgħażagħ sofrew ġrieħi wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Qormi, f’Ħal Luqa.

Irriżulta li fis-siegħa u għaxra tal-Ħadd filgħodu, ġuvni ta’ sebgħa u għoxrin sena minn Ħal Qormi tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq, bil-konsegwenza li baqa’ dieħel f’parapett ta’ residenza.

Flimkien miegħu kien hemm tfajla ta’ ħamsa u għoxrin sena minn Ħal Qormi wkoll.

Tim mediku mill-isptar Mater Dei issejjaħ fuq il-post sabiex jassistu lill-vittmi. Aktar tard il-ġuvni ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li t-tfajla ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend