Tfajla ta’ 19-il sena ndarbet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fir-Rabat.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tat-tlieta u nofs fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li raġel, li għandu 18-il sena u jirrisjedi r-Rabat, kien qed isuq vettura tat-tip Seat Ibiza, meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat mal-barriers. Passiġġier fil-vettura kien hemm mara ta’ 19-il sena li tirrisjedi Santa Venera
It-tfajla sofriet xi ġrieħi u għaldaqstant issejħet ambulanza li ħaditha l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.