Premju Nobel tal-Paċi għal kampanja kontra l-użu tal-armi nukleari – One News

Notifiki

Premju Nobel tal-Paċi għal kampanja kontra l-użu tal-armi nukleari

Il-kampanja internazzjonali li tisħaq fuq il-waqfien tal-użu tal-armi nukleari, ICAN, ser tingħata Premju Nobel tal-Paċi, f’ċerimonja li ser issir f’ Oslo in-Norveġja.

ICAN kienet dejjem minn tal-ewwel biex tixpruna diskussjonijiet fuq it-twaqqif tal-użu ta’ armi nukleari skont it-trattat tal-Ġnus Magħquda dwar il-projbizzjoni ta’ dawn it-tip t’armi li għandha l-approvazzjoni ta’ 50 pajjiż fosthom il-Brażil, Vietnam u l-Afrika t’Isfel.

Il-kumitat tal-Premju Nobel, irrikonoxxa l-isforzi kollha ta’ ICAN għax-xogħol li sar biex joħolqu għarfien u jiġbdu l-attenzjoni tal-awtoritajiet dwar l-effett li l-armi nukleari jistgħu jħallu fuq l-umanità.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend