Wistin Abela sab postu għal dejjem fiż-Żejtun hekk kif illum ġie inawgurat monument f’ġieħu.
Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat flimkien mal-mara ta’ Wistin, Katerina Abela, kixfu u inawguraw il-monument tal-eks Deputat Prim Ministru.
Wistin Abela serva bħala Ministru tal-Ippjanar Ekonomiku u l-Iżvilupp u Deputat Prim Ministru fis-snin tmenin. Huwa ukoll ippreżenta l-baġit għas-sena 1984 hekk kif fl-1983 inbidillu l-Ministeru u ingħata l-kariga tal-Ministeru tal-Finanz u d-Dwana. Huwa miet fl-20 ta’ Jannar tal-2014.