Il-Qorti kkonfermat li kumpanija ta’ Simon Busuttil gawdiet minn direct orders fi żmien Gvern Nazzjonalista.
Iżda fl-istess ħin Simon Busuttil rebaħ kawża ta’ libell kontra l-gazzetta KullĦadd.
Dan għax skont id-deċiżjoni tal-Maġistrat, il-fatt li kumpanija li tagħha Simon Busuttil huwa azzjonist, shareholder, ingħatat direct orders ma jfissirx li “hu personalment ingħata xi direct order.”
Il-kumpanija Europa Research & Consultancy Services Limited għandha numru ta’ azzjonisti, ħafna minnhom magħrufa sew fiċ-ċrieki tal-Partit Nazzjonalista fosthom Peter Fenech, Stefano Mallia u Austin Sammut.
Simon Busuttil li għandu 16.5% ta’ din il-kumpanija li ma oħrajn kienet rebħet tender ta’ aktar minn miljun ewro.
Iżda din il-kumpanija gawdiet ukoll bil-bosta taħt Gvernijiet Nazzjonalisti bl-ammont ta’ miljun ewro f’direct orders ikun dak li ħareġ fil-media wara sensiela ta’ domandi parlamentari li kienu mwieġba.
Busuttil kien iffaċjat b’dan bħala kap tal-oppożizzjoni li tant kien jitkellem dwar meritokrazija.
Il-Qorti qalet. “Ir-rikorrent ghandu sehem ta’ 16.7% tas-Soċjetà Europa Research & Consultancy Services Limited,” biex ikkonfermat is-sehem tiegħu.
Iżda, il-qorti żiedet li d-Direct Order ppubblikata fl-artikolu li kienet datata 5 ta’ Frar 2009 ma nghatatx lir-rikorrent, Simon Busuttil, iżda inghatat lis-socjeta Europa Research & Consultancy Services Limited.
Fi ftit kliem ingħatat lill-kumpanija ta’ Simon Busuttil.
Għalhekk skont din il-konklużjoni tal-Qorti Busuttil ingħata elf ewro kumpens mill-gazzetta KullĦadd.