Il-Festivals nazzjonali li jsiru f’pajjiżna se jibdew jinġabru taħt kappa waħda, hekk kif il-Kunsill Malti għall-Arti nieda l-organizzazzjoni kulturali ‘Festivals Malta’ – organizzazzjoni li se jkollha f’idha aktar minn mijja u sittin attività fi tmien festivals, u ħames avvenimenti nazzjonali.
Id-Direttur ta’ Festivals Malta Anabelle Stivala qaltilna li l-għan ta’ din l-organizzazzjoni hi li tkabbar is-sinerġija mal-artisti.L-organizzazzjoni se tkun qed taħdem ma’ tim t’għoxrin professjonist fis-settur, li flimkien se jkunu qed joħorġu b’ideat innovattivi kif ikabbru l-festivals Maltin.
Il-festivals li se jaqgħu taħt il-kappa tagħha huma l-Għanafest, il-Karnival, il-Festival tal-Mużika Dinjija, il-Festival Internazzjonali għall-Arti, il-Festival tal-Jazz Maltin, in-Notte Bianca, ir-Rock Events, u l-Festival tat-Tliet Palazzi.
Il-ħames avvemnimenti nazzjonali huma Jum il-Ħelsien, is-Sette Guigno, Jum il-Vitorja, Jum l-Indipendenza u Jum ir-Repubblika.
Id-Direttur tal-Karnival ta’ Malta Jason Busuttil, qalilna li permezz ta’ din l-organizzazzjoni, se tkun qed tinħoloq sinerġija aħjar bejn il-festivals, ttihom pjattaforma biex jikkompetu anke barra minn Malta.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall qal li dawn huma żmien eċċitanti għall-artisti f’pajjiżna, u li l-Kunsill tal-Arti. Dan hekk kif dan il-Kunsill qed imur lil hinn mill-mudelli tradizzjonali ta’ kunsilli oħrajn fl-Ewropa, u qed joħloq mudelli ġodda.
Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qal li l-Gvern hu kommess li jgħin kemm jista’ lis-settur kulturali f’pajjiżna, billi jipprovdi lill-artisti bl-aqwa pjattaformi possibbli fejn jippreżentaw ix-xogħol tagħhom.