Notifiki

Twissija dwar temp kiesaħ

Temp kiesaħ hu mistenni li jaħkem il-gżejjer Maltin fil-jiem li ġejjin bit-temperaturi huma mistennija li jinżlu sew. Għalkemm huma bosta li jistgħu jiġu affettwati minn temperaturi baxxi, l-aktar li jkunu vunnerabbli huma persuni anzjani, trabi u dawk li mhumiex f’kundizzjoni sew ta’ saħħa. 

 Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Mard Infettiv wissa li wieħed għandu jieħu l-passi neċessarji biex inaqqas ir-riskju li jiġi affettwat mill-kesħa. Dan billi jieħu ikel u kif ukoll xorb li hu sħun, iżomm lilu nnifsu f’postijiet li huma sħan, jevita x-xorb alkoħoliku u t-tipjip, u li jilbes addattat għat-temp. Id-Direttorat qal li persuni li huma avvanzati fl-eta’ għandhom jieħdu ħsieb saħħithom billi jagħmel vista regolari għand it-tabib, b’mod partikolari jekk jgħixu waħidhom.

Id-Direttorat ta parir lill-pubbliku li l-kmamar tas-sodda għandhom jinżammu f’temperatura ta’ madwar 18-il Grad Celsius u l-kmamar l-oħra b’temperatura ta’ madwar 21 Grad Celsius, wieħed għandu jagħlaq it-twieqi permezz ta’ purtieri kif tinżel ix-xemx sabiex il-kmamar jibqgħu sħan, jintlibsu ħwejjeġ irqaq fuq xulxin hekk kif dawn jgħinu aktar biex l-individwu ma jħossx bard, jittiekel minn tal-inqas platt sħun kuljum u jixrob xarbiet sħan u li wieħed għandu jżomm mowbajl viċin jekk għandu problema ta’ mobilita’

Il-Ministeru tas-Saħħa fakkar lill-pubbliku li l-injezzjoni tal-influwenza qed tingħata b’xejn lil kull resident Malti fejn wieħed jista’ jmur joħodha fiċ-ċentri tas-saħħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend