Il-Pulizija Awstraljana arrestat raġel allegat li kien qed jippjana li jwettaq attakk terroristiku waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena f’Melbourne. L-awtoritajiet qalu li r-raġel ta’ għoxrin sena se jkun akkużat b’offiżi terroristiċi, li jġorru massimu ta’ għomor il-ħabs.
Il-Pulizija qed tallega li r-raġel kien qed jippjana li jispara b’arma awtomatika fuq in-nies f’Federation Square fiċ-ċentru tal-belt. Intqal li ma hemm l-ebda theddida għall-pubbliku.
L-awtoritajiet qalu li r-raġel kien għadu ma kisibx l-arma qabel l-arrest tiegħu f’Werribee, li huwa subborg f’Melbourne.